Click here to edit title

Art Discussion Group - Malta

Appreciation for the Ceramics Seminar and Exhibition In March 2011


Ghaziz Sur Borg,

Ma stajtx ma niktibx erba’ kelmiet biex formalment inwassal l-apprezzament tieghi u nifrah lilek u l-kumitat tieghek ghas-serjeta’,  ghall-mod eccellenti u l-livell professjonali ghall-ahhar, li gie organizzat is-seminar dwar ic-ceramika f’pajjizna, nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu gewwa l-lukanda Cavalieri f’San Giljan.  Niehu din l-okkazzjoni biex personalment nirringrazzjakom u f’isem il-kollegi tieghi fid-dipartiment tal-OT, kif ukoll f’isem il-persuni li juzaw is-servizzi taghna gewwa l-isptar Monte Karmeli ta’ l-opportunita’ li tajtuna, ghall-fiducja li wrejtu fija meta stedintuni naghti prezentazzjoni u nkun fost il-panel ta’ kelliema kif ukoll ghal hsieb nobbli li estendejtu fil-konfront ta’ dawn il-persuni.  Dan il-gest taghkom kien ferm f’waqtu u f’postu.  Ghandu jkun ta’ ezempju ghal kulhadd ghaliex hija difficli li wiehed jintegra u jigi accettat  lura mis-socjeta’ meta jmiss is-sahha mentali. Biss opportunitajiet bhal taghkom tkun mhux biss apprezzata izda taghti gharfien shih, stima u dinjita’ xierqa lil dawn il-persuni li finalment huma parti mis-socjeta’ taghna.  

Kien seminar li kopra hafna aspetti mportanti, apparti dawk artistici, artigjanali u kreattiv. Pogga ghad-diskussjoni diversi aspetti ohra relatati fosthom dawk industrijali, edukattivi, gurnalistici, dawk li ghandhom x’jaqsmu mal-kura ta’ sahha mentali u ohrajn.  Kienet opportunita’ unika fejn, kulhadd u flimkien, iddiskutejna l-argument ‘Ceramika’ fil-firxa wiesgha taghha.  L-uzu, l-bzonn u l-effett ta’ dan il-materjal fis-socjeta’ taghna u fil-hajja ta’ kuljum.

Mertu ukoll ghall-esebizzjoni li ghalija hija unika fil-forma taghha ghal diversi fatturi.  Mhux biss ghall-livell milhuq u pprezentat, izda ukoll ghax gabret flimkien selezzjoni ta’ esebiti mill-aqwa artisti lokali stabbiliti, flimkien ma hafna ohrajn minghajr ma ddistingwiet jew firdet, anzi ressqet vicin, onorat u elevat kull espressjoni.  Hi esebizzjoni mhux biss kollettiva izda nklussiva ghax ippermettiet ghall-ewwel darba artisti, artigjani, ghalliem, student, industrijalisti u ohrajn, stabbiliti jew le, jinghaqdu flimkien u jiddiskutu tema komumi.   Progress kbir u zvilupp important.  Opportunitajiet indaqs ghal kulhadd.

Nghid ghalija kienet okkazzjoni li laqqghatni ma’ hafna hbieb antiki u ohrajn godda.  Esperjenza li ma jien ser ninsa qatt u li minnha tghallimt ukoll.

Prosit ghal dak kollu li ghamiltu u grazzi ta’ kollox.  Nawguralkom hafna affarijiet sbieh , sahha u sliem.

Tislijiet.

Angelo Mizzi